Ċaw Panini, Hello Topps! Akkwista’ l-album tal-UEFA EURO 2024 minn hawn

 Ċaw Panini, Hello Topps! Akkwista’ l-album tal-UEFA EURO 2024 minn hawn

Jekk qed tħabbel moħħok dwar minn fejn se tixtri l-istickers tal-UEFA EURO 2024, mela aħna għandna s-soluzzjoni għalik!

Kienu bosta dawk li beda jiddispjaċihom wara li saru jafu li ħanut famuż ma’ bosta fil-Belt Valletta ma kienx se jkun jista’ jibqa’ jbigħ l-istickers u l-album ufficjali tal-UEFA EURO 2024. Dan hekk kif issa, l-album u l-istickers mhux se jibqgħu jiġu prodotti mid-ditta Panini, iżda minflok se tkun qed tipproduċihom id-ditta Topps.

Huma fl-eluf dawk li malli tasal il-UEFA EURO jixtru l-album u jibdew jixtru l-pakketti tal-istickers ftit ftit bil-għan li jimlewh. Imbagħad erħilhom iparrtu d-doppji ma’ sħabhom u jgħinu lil xulxin sabiex jgħaqqduh.

Jekk tinsab konfuż minn fejn tista’ tixtri l-album, bħalissa tista’ tordna l-album u stickers ufficjali ta’ EURO 2024 mingħand Popit Kingdom ġewwa San Ġwann! Għal kull min jagħmel ordni ta’ kaxxa ta’ 100 pakkett stickers sat-28 ta’ April joħodha bil-prezz speċjali ta’ €95 minflok €100! Għandhom se ssib diversi prodotti fosthom pakketti b’ammonti ta’ stickers differenti, kaxxa tal-metall kommemorattiva bl-istickers, u dalwaqt ukoll se jkollhom prodotti oħrajn kommemorattivi. Hemm żewġ albums, wieħed qoxra iebsa li jinbiegħ separatament u ieħor qoxra ratba li jinbiegħ bħala parti mill-iStarter Pack. Dan jinkludi fih ukoll 24 sticker. L-album fih 88 paġna li għandhom spazju għal 728 sticker li jinkludu it-timijiet li se jiehdu sehem f’Euro 2024 u ritratti oħrajn inklużi leġġendi tal-futbol. Fih ukoll 8 paġni ta’ informazzjoni dwar il-gruppi, filwaqt li jinkludi wkoll tmien leġġendi tal-istorja tal-EURO.

Apparti l-istickers tal-EURO 2024, Popit Kingdom għandhom prodotti tas-serje Match Attax ta’ EURO 2024. Din is-serje hija magħmula minn cards minflok stickers. L-iStarter Pack jinkludi fih album biex tikkollezzjona l-cards, fold-out biex tilgħab logħba bil-cards ma’ sħabek, 2 booster packs u 3 Limited Edition cards.

Dawn u aktar prodotti tista’ takkwistahom mit-toy shop Popit Kingdom ġewwa San Ġwann jew mill-kumdita ta’ darek fuq https://popitkingdom.com/topps 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com