Coldplay f’Malta f’lulju li ġej!

 Coldplay f’Malta f’lulju li ġej!

Il-band popolari Cold Play issa ġejja f’pajjiżna f’Lulju li ġej. Id-data preċiża ser tkun qed titħabbar dalwaqt f’konferenza stampa. L-attività se ssir fuq il-fosos tal-furjana.

Ilkoll smajna bihom u nafu bil-mużika sabiħa li għandhom. Cold Play hija rock band Ingliża li ffurmat f’Londra fl-1997. Il-vokalista huwa Chris Martin li huwa wkoll pjanist. Il-band hija ffurmata wkoll minn Jonny Buckland fuq il-kitarra, il-bassist guy Berryman, fuq id-drums; Will Champion u l-manager tagħhom huwa Phil Harvey.

L-ewwel single li tellagħthom fil-quċċata kienet Yellow mid-debut album Parachutes fis-sena 2000 fejn anke rċevew Brit Award għall-aħjar album Ingliż tas-sena. Rebħu wkoll Grammy Award għall-Best Alternative Music Album u anke nominazzjoni għall-Premju Mercury.

Ir-raba’ album Viva la Vida (2008) rebaħ l-aqwa album tar-rock li kien l-aktar album mibjugħ u tela’ fil-quċċata f’madwar 30 pajjiż.

Għal aktar dettalji ta’ dan l-avveniment agħfas hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com