Daqt wasal is-sajf! Tippreferi malja jew bikini?

 Daqt wasal is-sajf! Tippreferi malja jew bikini?

Is-sajf dalwaqt wasal u miegħu jġib il-ġranet twal nilagħqu x-xemx u ngħumu fil-baħar brillanti li jiċċirkonda l-gżejjer Maltin. Allura, tajjeb li nippreparaw bil-lest sabiex mal-ewwel ġurnata bellezza li toħroġ, ikollna l-malja jew il-bikini lesta sabiex nerħulha lejn il-bajja favorita tagħna.

Jekk għadek ma xtrajtx il-malja ġdida għal dan is-sajf, jew jekk trid tkabbar il-kollezzjoni ta’ ħwejjeġ tal-baħar, aħna ta’ Strada Rjali ltqajna ma’ Cynge Noir biex jgħinuna nispjegawlkom aħjar x’inhi d-differenza bejn il-malja u l-bikini.

  • Il-kopertura: Il-malja tipikament toffri aktar kopertura minn bikini għax id-disinn tagħha huwa komplet u jgħatti t-torso kollu. Intant, il-bikini għandha żewġ partijiet li jesponu aktar il-ġisem.

  • L-istil tal-parti ta’ fuq: Il-malja tiġi f’forma ta’ tankini, halter neck, jew bandeau u jkollha aktar support u padding. Intant, il-parti ta’ fuq tal-bikini tiġi fi stili simili u anke f’forma trijangolari, u toffri livelli varji ta’ kopertura u support.
  • L-istil tal-parti ta’ isfel: Il-malja ġeneralment ikollha l-parti t’isfel tagħha ftit akbar u tgħatti aktar. Uħud saħansitra jkunu qishom shorts qasir. Intant, il-parti t’isfel tal-bikini tiġi f’diversi stili differenti: string, hipster u high-waisted fost l-oħrajn, b’diversi formati ta’ kopertura.
  • Il-versatilità: Il-bikini hija ħafna aktar versatili mill-malja hekk kif il-parti ta’ fuq u l-parti t’isfel huma separati, allura jkun iktar faċli li tagħmel mix-and-match ta’ partijiet differenti ta’ bikini differenti.

  • Il-livell ta’ attività: Il-malja hija preferuta fejn jidħol sport attiv tal-baħar għax tgħati aktar support u kopertura, filwaqt li l-bikini hija aktar popolari meta tkun se tmur tixxemmex jew xi ġurnata f’xi pixxina.

 

Lokalment se ssib diversi negozji li jbigħu malji u bikini differenti, iżda fosthom se ssib ukoll lil Cynge Noir, ditta lokali bbażata f’Malta, b’disinni lokali. Il-malji ta’ Cynge Noir huma sostenibbli għax magħmulin minn flixken tal-plastic irriċiklati li minnhom jinħoloq materjal oħxon u perfett għall-baħar. Apparti minn hekk, joffru wkoll varjetà ta’ malji u bikinis bis-support kollu neċessarju u jiġu f’daqsijiet differenti li jitilgħu sa 3XL.

Allura inti dan is-sajf, x’se tagħżel: malja jew bikini?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com