Dawn kollha ġraw bħal-llum … qas temmen! Aqrawh

 Dawn kollha ġraw bħal-llum … qas temmen! Aqrawh

L-istorja ta’ Malta timmeraviljak. Nies, stejjer, episodji u avvenimenti kbar u li biddlu l-pajjiż … u dan grazzi għax inkitbu li nafu bihom. Għalhekk hija importanti l-kitba biex minnha ssir riċerka. Fid-dinja tal-lum, donnu li flok niktbu fuq pitazz jew djarju, kollox qed imur onlajn. Ma tagħti tort lil ħadd, j’Alla li ‘l quddiem id-data preżenti tkun għadha disponibbli.

Fl-1768, il-Gran Mastru Emmanuel Pinto ffirma digriet li bih keċċa lill-Ġiżiwiti minn Malta. Meta l-Inkwiżitur Monsinjur Manciforte pprova jikkonvinċieh biex iħassar id-deċiżjoni tiegħu, Pinto bir-rabja qal li huwa kien il-prinċep u s-sid ta’ Malta. Huwa qal li l-Papa ma kellu x’jaqsam xejn f’dan il-każ. Ir-rejiet ta’ Spanja u ta’ Napli kienu keċċew lill-Ġiżwiti u huwa kien se jagħmel l-istess.

L-għada, fit-3am, l-Avukat Fiskali tal-Qorti l-Kbira tal-Klistanija, mar fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti u arresta lill-membri tas-Soċjetà. Sitt ijiem wara, ittieħdu x-xatt, tpoġġew fuq bastiment Franċiż biex ittieħdu lejn Civitavecchia, l-Italja. Dawk li kienu xjuħ wisq biex jivvjaġġaw, ittieħdu fil-kunvent tal-Franġiskani Minuri. Il-propjetà tagħhom ġiet ikkonfiskata.

Fl-1917, intqal li kienu se jinbiegħu 22 balla qoton li kienu se jinħarġu b’kuntrabandu fuq il-brigantin Epaminondas lejn Trieste. Il-qoton kien insteraq f’Novembru.

Fl-1948: Il-ġurnata kienet il-ħamis u għall-ħabta tal-10.30am kienet saret dik li baqgħet tissejjaħ ‘is-serqa tat-tarzna.’ It-trakk tan-Navy Ingliża, li kien qed iġorr il-pagi u s-salarji tal-ħaddiema tat-Tarzna, ġie mwaqqaf minn erbat irġiel armati bejn ir-roundabout ta’ Kordin u dik ta’ ħdejn il-Knisja tal-Kappuċċini. Fuqu kellu 126,740 lira Ingliża miġbuda mill-fergħa tal-Barclays Bank tal-Belt Valletta. Fis-29 ta’ April sitt irġiel tressqu quddiem il-Maġistrat E. Grima. Wieħed minnhom ħa l-proklama.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com