Din kif niktbuha kas jew każ? Issa għandna s-soluzzjoni!
Kemm-il darba weħilna waqt li konna qed niktbu kelma tqila bil-Malti? Lanqas nista’ ngħoddhom.
Il-Malti hu magħruf bħala waħda mill-aktar lingwi diffiċli, mhux biss biex titkellem imma wkoll biex tikteb.
Imma tinkwetax! Issa hemm daqqa t’id.
Il-paġna tal-Facebook Is-Servizz Pubbliku għadha kif ħabbret sit ġdid imsejjaħ https://traduzzjoni.mt/
Bl-għajnuna ta’ AI issa tista’ tittraduċi bil-Malti.
Iż-żmien għadda fejn għandek bżonn tfittex kliem fid-dizzjunarju u tiżgura li tikteb sewwa. Issa bl-għajnuna ta’ dan is-sit mhux biss il-kliem malti huwa aktar aċċessibbli, iżda, għal min il-Malti mhux l-ewwel lingwa tiegħu, żgur li se jtejjebha.
U bilħaqq..dan b’xejn!