Ejjew ngħinu liċ-ċkejkna Kate biex tikseb iżjed saħħa fil-muskoli tagħha – ara x’se jiġri!

 Ejjew ngħinu liċ-ċkejkna Kate biex tikseb iżjed saħħa fil-muskoli tagħha – ara x’se jiġri!

Sports4Kate b’kollaborazzjoni ma’ SportsMalta hija attività organizzata minn tim ta’ voluntiera fosthom coaches fil-qasam tal-isports biex jgħinu liċ-ċkejkna Kate matul il-vjaġġ tagħha biex tikseb iktar saħħa fil-muskoli u tkun tista’ tilħaq il-milestones tal-ħajja u tgħix ħajja indipendenti kemm tista’.

Kate hija tifla ferriħija ta’ 5 snin li tbati minn kundizzjoni rari msejħa Tatton Brown Rahman Syndrome. Kate wara ġurnata skola jkollha madwar erba’ sigħat ta’ terapiji kuljum jistennewha u għalkemm tbati xorta taraha dejjem bi tbissima.

B’din l-attività Kate se tkun tista’ tattendi diversi trattamenti u terapiji barra minn xtutna fix-xhur li ġejjin, kif ukoll tgħin fir-riċerka tal-kundizzjoni tagħha biex tinstab kura. Sports4Kate ħa tkun imqassma fuq ġurnata li ħa sseħħ fil-5 ta’ Mejju bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar fil-Marsa Sports Complex. Kull min jattendi jista’ jara, jitgħallem u kif ukoll jipparteċipa f’diversi sports li ha jkunu qed jesebixxu. Fosthom ħa jkollna: Boxing, Long Jump, Bounce Fitness, Yoga, Volleyball, Pilates, Running, Tabata, Circuit Training, Level UP Challenges, Obstacle Courses u Shot Put.

Se jkun hemm ukoll tournaments u friendly matches li ħa jkunu għaddejjin fl-istess ħin fosthom tal-football, darts u volleyball. Barra minn hekk se jkun hemm għaddej league tal-Baseball u ieħor tar-Rugby matul din l-attività. Kull sezzjoni ta’ sport ha tkun miftuħa ghal kull età. Ejja – Ara – Tgħallem – Prattika B’din l-attività aħna xtaqna wkoll nippromovu l-bżonn tal-isports u l-ezerċizzju fil-ħajja ta’ kuljum u apparti kull min jiġi ħa jkun qed jgħin liċ-ċkejkna Kate, ħa jkollu l-opportunità biex jara u jipprattika diversi sports f’post wieħed u jigi mħeġġeġ biex jibqa’ jattendi wieħed minnhom. Apparti l-isports ħa jkollna wkoll logħob imqassam madwar il-grounds fejn wieħed jista’ jipparteċipa u jieħu gost waqt tug of war, Hoop Shot u Football Kick dart fost oħrajn.

Se jkun hemm ukoll sezzjoni għat-tfal li tinkludi face painting, bouncy castle, magic shows, bubble shows, Mascots Characters. Diversi kantanti stabbiliti ħa jingħaqdu magħna biex iwasslulkom ġurnata mill-isbaħ ta’ divertiment u kant, imma dan mhux biss.

F’parti oħra tal-grounds ħa jkun hemm live DJs idoqqu u jakkumpanjaw diversi sezzjonijiet ta’ sports u fitness.

Żommu l-5 ta’ Mejju vojta u ngħaqdu magħna għal ġurnata mimlija attivitajiet u sports għall-etajiet kollha. Biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit ticketmonti jew agħfsu fuq Sports4Kate Tickets (http://ticketmonti.com ) Għal aktar dettalji: idħlu fuq il-paġna ta’ facebook Sports4Kate jew ibagħtu email fuq [email protected]

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com