Ġabru l-qniepen u bidluhom f’armi

 Ġabru l-qniepen u bidluhom f’armi

Dan ir-ritratt juri xena sabiħa; ħafna qniepen mill-isbaħ imma fl-istess ħin, hija xena ta’ swied il-qalb li turi s-sitwazzjoni ta’ dak iż-żmien, jiġifieri l-1942.

Ir-ritratt ittieħed f’Libeň Bridge, fi Praga fejn il-Ġermaniżi ġabru l-qniepen kollha mill-kampnari tal-Bohemia u l-Moravia biex iħolluhom u jużawhom għall-isforzi fil-gwerra li kienet għaddejja.

Dak iż-żmien, 5 vapuri salpaw lejn Praga fuq ix-xmara Vltava u Elbe u ġabru 9,801 qanpiena li kienu jiżna total ta’ 1562 tunnellata.

B’kollox, inħallu 43,776 qanpiena miċ-Ċekoslovakja. Din kienet prattika komuni ħafna fiż-żmien tal-gwerer.

Kellhom bżonn kull ma kien hemm disponibbli biex jagħmlu l-armi tagħhom.

X’ħasra. Min jaf xi ntilef bil-gwerra. U min jaf x’qed jintilef issa fi żmienna fi Lvant Nofsani.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com