Għaliex il-pubbliku jiskandalizza b’li jagħmlu persuni pubbliċi fil-ħajja personali, meta jagħmlu l-istess huma wkoll?

 Għaliex il-pubbliku jiskandalizza b’li jagħmlu persuni pubbliċi fil-ħajja personali, meta jagħmlu l-istess huma wkoll?

Mis-sema’ l’isfel kulħadd l-istess u kulħadd suġġett għall-iżbalji. Min hu bla ħtija jitfa’ l-ewwel ġebla!

Iżda donnu jkun l-għors tal-bniedem li malli jintebaħ li xi ħadd żbalja, ikun bħal donnu jrid jivvendika … u llum l-aqwa arma hija l-midja u l-midja soċjali. Dan ma jagħmilx għajb lill-individwi għaliex fl-aħħar mill-aħħar, saret xi ħaġa jew hi min hi l-persuna, tibqa’ umana.

Dan ovvjament diment li ma hemmx danni għall-poplu. Hekk nifhmu li l-pubbliku għandu d-dritt ikun jaf! Imma li tagħmel fil-ħajja privata tagħha, huwa tagħha.

Spiss ikun hemm baraxx ta’ kummenti meta jinstemgħu stejjer fuq politiċi u wisq iżjed, fuq il-membri tal-kleru. Jiġri hekk anke minħabba l-fatt li n-natura tal-ħidma tagħhom titlob iżjed kawtela.

Imma naċċettaw li kulħadd uman? Jew inserħu l-kuxjenza tagħna meta ngħajruhom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com