Agħmel 30 squat fir-Russja u taqla’ din…
Jekk jitolbuk tagħmel xi ftit eżerċizzju biex takkwista biljett biex tivvjaġġa b’xejn, tagħmilha? Passiġġieri fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Vystavochaya f’Moska fir-Russja kienu ngħataw din l-opportunità meta l-pajjiż kien qed jipprepara għall-Olimpijadi f’Sochi li saru lura fl-2014.
L-idea wara dan kien li jħeġġu lill-pubbliku jkun aktar attiv. Jekk jirnexxielhom jagħmlu 30 squat, jingħataw biljett b’xejn li jkopri vjaġġ għas-subway.
X’taħsbu, għandu jkun hemm skema simili f’Malta? Ifhem, li tivvjaġġa b’Tallinja diġà huwa b’xejn. Forsi f’Malta jekk tagħmel 30 squat jistgħu jagħtu:
- Biljett tal-ajru b’xejn għal destinazzjoni fl-Ewropa.
- Biljett biex tivvjaġġa lejn Għawdex b’xejn.
- Xi €100 vawċers għall-petrol.