Għandek ħafna stress? Dawn l-attivitajiet se jirrilassawk

 Għandek ħafna stress? Dawn l-attivitajiet se jirrilassawk

Jekk inti għandek it-tip ta’ ħajja stressanti li tħallik bla nifs, hemm bżonn tiddedika ftit ħin ta’ kuljum għal attivitajiet żgħar li jgħinuk tnaqqas ftit il-livell ta’ stress fil-ġisem. Ħafna persuni jirrikorru għall-crafts sabiex jagħmlu dan. Hawn taħt se ngħidulkom ftit attivitajiet kreattivi differenti li jistgħu jgħinukom tnaqqsu l-livell ta’ stress li qed tħossu.

  1. Tgħallem kif taħdem is-suf bil-labar. Meta taħdem knitting jew ganċ jgħinuk tiffoka fuq dak li qed tagħmel filwaqt li teħles lil moħħok minn ħafna thewdin żejjed.
  2. Ixtri colouring book għall-adulti u ddedika ħin sabiex timlieh b’ħafna kuluri differenti.
  3. Jekk tixtieq xi ħaġa li tista’ tuża’ ta’ kuljum, imma li għandha l-istess kunċett ta’ colouring book, tista’ tixtri whiteboard colouring page. Din tkun stampa mpinġija fuq materjal tal-whiteboard li tista’ timliha, tħassarha u terġa’ timliha għal kemm-il darba trid.
  4. Oħloq scrapbook fejn tkun tista’ żżomm l-aktar memorji sbieħ tiegħek b’mod kreattiv.
  5. Ibda dak li jgħidulu bullet journal fejn fih iżżomm dettalji importanti dwar ħajtek, ix-xogħol tiegħek, il-ħolm tiegħek u dak kollu li hu importanti għalik.
  6. Agħmel xemgħat aromatizzati jew anke sapun għall-banju bl-irwejjaħ li l-aktar jgħoġbu lilek.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com