“Ġib ‘l hawn u tiħux ‘l hemm” – il-bniedem egoist?
L-egoiżmu dejjem kien hemm. Sta għalina nħalluhx jirrenja u naqgħux għan-nassa tiegħu.
Ħafna nies ikunu ħbieb tiegħek biex jaraw x’se jieħdu minnek. Ġaladarba tispiċċa l-possibbilità li tagħti jew toffri dak li jridu, tibda tinduna b’tibdil fil-karattru tagħhom miegħek u fl-atteġġjament.
Meta jiġri hekk, importanti li tkun b’saħħtek mentalment għax din l-azzjoni taf tweġġgħek sew!
Madanakollu, kontroll fuq ħaddieħor m’għandniex. Irridu nitgħallmu ngħarfu n-nies. Fl-istess ħin, ma nitfgħux lil kulħadd f’keffa waħda.
Hawn ħafna nies tajbin u ġenwini. Il-ħajja sabiħa u mhix eterna. Nagħmlu minnha li nistgħu. Sfidi dejjem ser ikun hemm. Nibnu lilna nfusna mhux bir-rikezzi materjali imma bir-rikezzi ta’ tagħlim fuq il-ħajja li bihom inkunu nistgħu ngħixu aħjar.
Kuraġġ!