Gwida prattika għal date fid-dinja tal-lum …

 Gwida prattika għal date fid-dinja tal-lum …

Mhux kulħadd jemmen fihom. Jgħidulek li kollox jaqa’ f’postu u jsir b’mod naturali la jkun imn’Alla. L-isbaħ ħaġa li tkun int, u taġixxi naturali. Imma hawn għandkom gwida sempliċi li tista’ tgħinek:

Kun attraenti. Mhux billi tipprova tkun dak li m’intx imma billi tkun kunfidenti b’dak li jagħmlek inti.

Thewdinx fuq x’jixtieq li jara fik il-persuna li se tiltaqa’ magħha. Ara x’għandek bżonn inti f’termini ta’ kwalitajiet f’ħaddieħor.

Solvi l-problemi tiegħek l-ewwel qabel tibda relazzjoni ġdida. Jekk tmur quddiem persuna ġdida u timlieha bil-problemi tiegħek; finanzi, saħħa, emozzjonijiet … taqta’ l-aptiti qabel biss tkun għamilt l-ewwel pass.

Fittex dak li jgħaqqad mhux dak li jifirdek. Ara s-sabiħ imma tajjeb tkun konxju mill-ewwel ta’ ċerti karattertistiċi li jwassluk biex tiddejjaq mal-persuna. Fil-bidu, ikun hemm ħafna eċitament … ftakar li kollox jindara u għalhekk trid tifttex dawk il-kwalitajiet li veru mhu se jdejquk qatt. Biss, tippretendix il-perfezzjoniżmu. Ħadd mhu perfett, anqas int!

Żomm mal-prinċipji tiegħek. Tinbidilx għal ħaddieħor. Inkella se tkun iebsa ‘l quddiem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com