“Ħa jibda jigdem in-nemus jekk Alla jrid!” X’tista’ tagħmel?

 “Ħa jibda jigdem in-nemus jekk Alla jrid!” X’tista’ tagħmel?

Il-gdim tan-nemus fis-sajf huwa l-għadu ta’ kulħadd. Toħroġ naqra filgħaxija u tidħol lura b’xi erba’ gidmiet. Jew inkella tkun rieqed raqda tajba u tqum filgħodu b’xi żewġ gidmiet fuq idek, jew saqajk!

Minflok tħokk u tħokk sakemm tigref il-gidma u tirriskja li tispiċċa toħroġ id-demm, se ngħidulkom x’tistgħu tagħmlu biex tnaqqsu l-irritazzjoni ta’ gidma ta’ nemusa.

Filwaqt li tista’ tagħmel użu minn kremi mediċinali, hemm metodu ieħor li tista’ tagħmel biex ittaffi l-irritazzjoni: tuża s-sħana. Infatti diversi persuni fuq TikTok qed jgħidu li jnaqqsu l-irritazzjoni billi jużaw mug, kuċċarina u ftit ilma.

  1. Ibda billi ssaħħan ftit ilma fil-microwave.
  2. Itfa’ l-kuċċarina fl-ilma sħun għal 30 sekonda.
  3. Imbagħad aqbad il-kuċċarina u għafasha fuq il-gidma tan-nemusa.
  4. Oqgħod attent li ma taħraqx lilek inniffsek! Jekk il-kuċċarina tkun taħraq ħafna, teptipha fuq il-gidma tan-nemusa sakemm jirnexxielek tittollera s-sħana li ħierġa minnha.
  5. Żomm il-kuċċarina fuq il-gidma tan-nemusa għal kemm jista’ jkun ħin.

Matul il-ħin li tkun qed iżżomm il-kuċċarina sħuna fuq il-gidma, is-sħana toqtol l-enżimi li joħolqu l-irritazzjoni u jgħinuk sabiex tnaqqasha jew teliminaha għal kollox.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com