Ħabtu ġo pont ieħor fl-Amerka … għidu l-verità, kieku dawn ġraw Malta dritt niktbu ‘Only in Malta!’
Din id-darba f’Oklahoma. Opra tal-baħar daħlet f’pont ieħor fl-Istati Uniti, L-inċident li seħħ ftit tal-ġranet wara t-traġedja ta’ Baltimore, seħħ fuq ix-xmara Arkansas hekk kif barkun laqgħat il-pont s-Sibt li għadda b’konsegwenza li ngħalqet triq prinċipali bħala prekawzjoni.
Fil-fatt tħabbar li kellha tingħalaq il-US Highway 59 u wara li saret spezzjoni, reġgħet nfetħet.
L-inċidenti ħadd ma jieħu gost bihom; ġraw, jiġru u se jibqgħu jiġru. Imma bħal donnu aħna hawn Malta, nieħdu gost niżvugaw u nċappsu isimna hekk. Kieku ġrat Malta, malajr tinkiteb ‘only in Malta’, jintalbu r-riżenji u għandek ġimgħa tisma’ fuqu.