Ħażin li taħsel xagħrek kuljum?
Spiss forsi nisimgħu li n-nisa ma jaħslux xagħrhom kuljum; waħda mir-raġunijiet għaliex fih kedda jekk ikun xagħar twil u jdum ma jinxef. Xorta waħda ssib min jaħslu kuljum.
Mill-banda l-oħra, irġiel b’xagħar qasir jgħidulek li jaħslu xagħarhom kuljum.
Imma dan il-fatt huwa ħażin?
Skont medicalnewstoday.com , dan jiddependi fuq it-tip ta’ xagħar u qurriegħa li għandha l-persuna. Jiddependi wkoll minn kemm ix-xagħar hija żejtnija u l-aħħar waħda, kif semmejna ‘l fuq, hija preferenza personali.
Iżda jżidu jgħidu li għal xi wħud, li taħsel xagħrek kuljum jaf ikun ta’ dannu minħabba li tikkawża nixfa fix-xagħar u ħakk fil-qurriegħa.
Għal oħrajn, nuqqas ta’ ħasil jfisser ħakk u li d-dehra tkun żejtnija żżejjed. Kun af iżjed dwar x’tip ta’ xagħar għandek ħalli tkun tista’ tadatta u tieħu ħsiebu kif meħtieġ.