Iċ-ċkejken maħbub, imqareb li kompla jitqarqaċ la kiber

 Iċ-ċkejken maħbub, imqareb li kompla jitqarqaċ la kiber

Macaulay Culkin huwa attur magħruf l-aktar għar-rwoli tiegħu f’films bħal ‘My Girl’ u ‘Home Alone‘ li lkoll niftakru fi tfulitna, u jekk le, nisimgħu bih kull sena hekk kif joqrob żmien il-Milied. Il-film Home Alone jibqa’ film klassiku u maħbub minn kulħadd. Iġiegħelna nissimpatizzaw maċ-ċkejken, li tħalla waħdu meta l-familja marret fuq btala.

Minn aspett ta’ ħsieb differenti, juri wkoll ħajja mgħaġġla li fiż-żmien li ħareġ, aħna l-Maltin forsi konna għadna ma tantx aħna mħabbtin daqs kemm aħna llum. Illum, dak l-istil ta’ ħajja fil-familja li naraw fil-film, saret iżjed minn komuni.

F’Settembru 2004, Culkin ġie arrestat f’Oklahoma talli kellu 17.3 gramma ta’ marijuana u żewġ sustanzi oħra kkontrollati li għalihom ma kellu l-ebda riċetta. Huwa ngħata sentenza differita ta’ sena fuq kull akkuża u ħallas madwar $540 fi spejjeż tal-qorti. Culkin kellu problem kbira bl-addiction u dam ma rnexxielu jgħelibha.

Fl-2005, Culkin iddefenda lil Michael Jackson fil-proċess ta’ molestazzjoni tal-istilla pop. Huwa sejjaħ l-allegazzjonijiet kontra Jackson “assolutament redikoli.”

Fl-2013, Culkin iddebutta l-grupp tar-rock b’relazzjoni mal-film ta’ ċkunitu; The Pizza Underground, li nedew parodija b’kanzunetti. Il-band kienet tuża siltiet mill-band The Velvet Underground u wżaw stil ta’ lirika u titli tal-kanzunetti bit-tema tal-pizza. Din il-band kienet xi ftit kontroversjali għall-istil ta’ ħajja li kienu jgħixu l-membri u anke l-lirika li kienu jużaw. Fl-2016, ħabbar li l-band ġiet xolta.

Araw il-kanzunetta tal-pizza:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com