Il-Bomba fil-Knisja tal-Mosta ħabtet f’post u mxiet sa naħa oħra … X’kien hemm fil-knisja dakinhar?
Kien wara nofsinhar tad-9 t’April tas-sena 1942. Għall-ħabta tal-4.30pm waqt li kienet qed issir adorazzjoni tas-Sagrament bi knisja mimlija b’madwar 400 ruħ, waqgħet il-bomba famuża fuq il-Knisja tal-Mosta.
Il-bomba spiċċat bejn l-orgni u l-kappellun taċ-Ċintura u baqgħet titkaxkar sal-altar tal-Madonna tar-Rużarju. Immaġinaw il-paniku li nħoloq.
Din ma splodietx. Issejjaħ miraklu. Ġarrbet ħsarat kbar xorta waħda f’dan it-tempju maestuż imma b’xorti tajba, ma miet u weġġa’ ħadd.
Kieku splodiet, kienet tkun traġedja kbira u min jaf? Forsi konna nitilfu din il-ġawhra wkoll.