Il-Funtana tal-Iljun … Beltija jew Furjaniża?

 Il-Funtana tal-Iljun … Beltija jew Furjaniża?

Donnu ninsew li dawn kienu polemiċi li tqajmu bosta drabi fil-passat u kienu ssetiljati u nerġgħu nqajmuhom. Forsi anke biex ikun instigat il-patrijottiżmu lejn il-lokalitajiet u dan huwa importanti wkoll. Għax ejja ngħiduha kif inhi, li ġieli jkun hemm żmien meta l-patrijottiżmu jibred u b’pika pożittiva, jerġa’ jissaħħaħ.

Ftit jiem ilu ġie inawgurat ir-restawr tal-Funtana ta’ Vilhena fil-Furjana; investiment li sar b’madwar €200,000 b’ħidma konġunta bejn is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Omar Farrugia u d-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.

Dan il-proġett kien inawgurat minnu flimkien mas-Sindku u kunsilliera tal-lokalità tal-Furjana fi Triq Sant’ Anna l-Furjana.

Huwa ljun ikoniku u jingħad, anke storikament huwa hekk, li ngħata mill-Inġinier Pietro Paolo Floriani. Għal din l-okkażjoni ġew ukoll qrabat tal-inġinier nnifsu; dixxendenzi tiegħu.

Fil-verità, il-Furjana kellha tissemma Floriani, imma l-lingwa tbiddel u ġiet Floriana. Hekk ġara wkoll f’ismijiet li tafu bihom eżempju; Putirjal – suppost Porta Reale.

Matul is-snin din il-funtana żviluppat ħsarat konsiderevoli kemm fuq l-istatwa u l-arkitettura u kif ukoll fuq il-funtana nnifisha tant li la kienet taħdem u lanqas iżżom fiha ilma. Għaldaqstant, dan il-proġett ta’ restawr kien strumentali biex dan il-wirt storiku li jitgawda minn tant persuni ta’ kuljum jerġa’ jingħata l-ħajja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com