Il-każ ta’ Lockerbie – l-ewwel ajruplan li niżel fi Tripli kien Malti

 Il-każ ta’ Lockerbie – l-ewwel ajruplan li niżel fi Tripli kien Malti

F’April tal-1999, ajruplan tal-Air Malta telaq fit-3.18pm lejn Tripli, il-Libja, jum biss wara s-sospensjoni tas-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda kontra l-Libja.

Dawn tneħħew wara li ż-żewġ Libjani suspettati bit-traġedja ta’ lockerbie, Abdel Basset al-Megrahi u Al-Amin Khalifa Fahima, ingħataw lill-Ġnus Magħquda biex jgħaddu ġuri fl-Olanda taħt qorti Skoċċiża.

L-ajurplan Malti, li fuqu kellu grupp ta’ ġurnalisti u l-Bord tad-Diretturi, kien l-ewwel ajruplan li niżel fi Tripli fuq titjira bi skeda.

Filgħaxija wasal Malta l-ewwel ajruplan tal-Libyan Arab Airlines. Din ukoll kienet l-ewwel titjira kummerċjali ‘il barra mill-ajruport ta’ Tripli.

It-titjira kienet l-ewwel waħda mill-Air Malta lejn il-Libja mill-1992, meta kienu mposti s-sanzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com