Il-messaġġi strambi li kull mara tirċievi minn tal-inqas darba f’ħajjitha
Jekk tħares lejn l-app Messenger ta’ kull mara li għandha profil fuq Facebook, se ssibilha sensiela ta’ messaġġi strambi, ġeneralment minn irġiel. Uħud joffrulhom esperjenzi, ħbiberija, żwieġ, flus, u oħrajn bħal dawn t’hawn taħt.
- L-ispammer b’messaġġi vulgari biex tiltaqa’ magħhom għas-sess…jekk tagħfas fuq il-link, malajr tibla’ xi virus jew tiltaqa’ ma’ xi hacker.
- Xi wieħed, jew aktar minn wieħed, juża’ l-Google Translate għall-Malti biex jipprova jattira l-attenzjoni tiegħek b’kummenti ħelwin imma strambi fl-istess ħin.
- Dak li jibgħatlek messaġġ probabilment b’lingwa li ma tifhimx biex jipprova jgħabbik.
- Dak li jitolbok tkun ix-sugar baby tiegħu…
- L-Indjan jew il-Pakistani li qed jipprova jikseb VISA biex jiġi jgħix Malta.
- Dak li jgħidlek li għandu bżonn il-ħbieb u minn tant profili fuq Facebook għażel tiegħek.
- Dak li jaħseb li għax bgħatlek thumbs up se twieġbu…
- Dak li ħasbek kont taħdem ma’ Identity Malta.
Inti rċevejt messaġġi oħrajn tat-tip? Għidilna fil-kummenti!