Il-passatempi tiegħek jistgħu jgħinuk tkun persuna aħjar!
Kemm tqatta’ ħin fuq il-passatempi tiegħek? Probabbilment tgħidilna “mhux daqs kemm nixtieq”. Infatti, meta jkollna ħafna x’nagħmlu, il-passatempi tagħna huma l-ewwel ħaġa li nwarrbu biex inlaħħqu mal-ħajja. Iżda kont taf li jekk ikollok passjonijiet u passatempi differenti, jistgħu jgħinuk issir persuna aħjar?
Biex issir verżjoni aħjar tiegħek inniffsek u tnaqqas l-istress, hemm diversi passatempi li tista’ tagħmel.
- Biex tnaqqas l-istress, mur mixjiet fit-tul – meta timxi fit-tul tista’ ssaħħaħ l-irqad, il-mod kif taħseb, il-mod kif titgħallem, kif ukoll inaqqas is-sintomi tal-istress u l-ansjetà.
- Jekk tixtieq issaħħaħ l-awto-stima, sajjar platti differenti – meta tipprova riċetti differenti b’suċċess tgħin lilek inniffsek sabiex issaħħaħ l-awto-stima. Jgħinek ukoll partikolarment jekk ma tixtieqx tonfoq dejjem il-flus biex tiekol platt tajjeb!
- Jekk tixtieq tħossok aħjar, oħloq ġurnal personali – fih ikteb dak kollu li inti grat għalih sabiex tirrikonoxxi dejjem aktar is-sabiħ li għandek f’ħajtek.
- Jekk tixtieq tkun aktar kreattiv, ibda pinġi – studji sabu li meta wieħed iqatta’ 45 minuta jagħmel attivitajiet kreattivi, jsaħħaħ l-abbilità u l-kunfidenza biex tkun aktar ta’ suċċess fuq ix-xogħol tiegħek.