Il-Pixxitanbur qatt smajtu biha?

 Il-Pixxitanbur qatt smajtu biha?

Il-Professur Alan Deidun, li huwa wkoll id-Direttur tal-Istitut Internazzjonali dwar l-istudju tal-Oċeani, tella’ ritratti mill-isbaħ ta’ ħuta enormi, anzi ġganta bl-isem ta’ ‘Ocean Sunfish’ jew inkella, mola mola, pixxiluna, qamar jew pixxitanbur bil-Malti primittv.

Spjega kif din hija fil-lista tal-Guinness Book of Records bħala l-itqal ħuta bl-għadam u anke l-iktar ħuta li għandha l-ikbar ammont ta’ bajd. Għandha wkoll ‘soft spot’, il-kliem eżatt li uża l-Professur Deidun, għal ħut nadif.

Ġiet innutata wkoll f’fond ta’ 450 metru ‘il fuq, magħrufa mad-dinja kollha u tkun ikkaċjata mill-iljuni tal-baħar (sea lions) f’Kalifornja.

Dawn ir-ritratti huma korteżija tal-fotografu Jon Borg miż-Żurrieq.

Grazzi Prof ta’ din l-informazzjoni verament interessanti. Kemm hu sabiħ li napprezzaw dak li għandna u nxerrduh ukoll biex nitgħallmu dwaru u nkunu kburin bih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com