Isalvalek tbatija fl-anzjanità!
Kemm -il darba nisimgħuha din tal-eżerċizzju? U xorta nżommu ħafna lura milli nagħmluh.
Veru li jkollu jiġri jiġri, għax nisimgħu b’każijiet ta’ nies li kienu sportivi u xorta batew sew meta kibru, imma l-maġġoranza tan-nies li jkunu għamlu eżerċizzju matul ħajjithom, huwa fatt li jkunu iżjed b’saħħa tajba la jikrbu.
Inti tkun qed iderri ġismek jiċċaqlaq. Iżomm fit. Tgħin iċ-ċirkuazzjoni. Tneħħi xaħam żejjed. Isserraħ il-menti.
Riċerka anke lokali tgħid, li l-eżerċizzju jgħin ukoll kontra dimensja.
Ibda mil-lum, anke bi ftit. Imqar mixja. Imma nqala’ minn bilqiegħda għax imbagħad jaf ikun tard wisq.