Kafetterija fuq il-Bażilika ta’ Raħal ġdid: Żbilanċ kif u meta l-poplu jikkritika? Jew kulħadd jagħmel li jaqbillu?

 Kafetterija fuq il-Bażilika ta’ Raħal ġdid: Żbilanċ kif u meta l-poplu jikkritika? Jew kulħadd jagħmel li jaqbillu?

Fi stqarrija li ħarġet il-Kurja nhar il-Ħadd li għadda 15 t’April, qalet li xtaqet tiċċara rapport fil-midja bl-isem ‘Restaurant proposed on top of Paola parish church’.

Saħqet li “Għall-kuntrarju ta’ dak li ġie rrappurtat, il-parroċċa m’għandha l-ebda intenzjoni li tiftaħ ristorant fuq il-bejt tal-knisja. L-intenzjoni hi li tintuża kamra f’wieħed mill-kampnari eżistenti u fiha jkun hemm kafetterija żgħira għall-parruċċani u l-viżitaturi.

L-imwejjed u s-siġġijiet se jitpoġġew barra iżda mhux se jiżdiedu strutturi oħra. Mhux se jkun hemm impatt negattiv fuq il-valur estetiku tal-knisja.”

Intom x’taħsbu dwar dan? Biex tagħti sustanza lil dan l-argument, il-Kurja spjegat li inizjattivi simili diġà saru fi knejjes oħra barra minn Malta, fosthom fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma.

-Huwa mument fejn forsi l-Knisja qed tikkritika l-kilba u mbagħad hi tagħmel l-istess? Iżda, ir-raġuni kienet biex il-Bażilika ssostni ruħha fl-ispejjeż rikurrenti li nifhmuh għaliex forsi llum l-għotjiet naqsu. Madanakollu, il-bniedem li jibni mhux hekk ikun qed jagħmel ukoll? Isostni ruħu? Jew ikun qed jesaġera għax flok isostni ruħu, ikun irid isir sinjur?

-Mill-banda l-oħra, il-pubbliku joqgħod lura milli jikkritika meta xogħol qed isir minnu nnifsu jew biex ma jurtax partit jew iehor? U meta tiġi għall-Knisja jiftħilha donnu biex jivvendika?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com