Kif tirreaġixxi għal nies li jieħdu għalihom malajr?

 Kif tirreaġixxi għal nies li jieħdu għalihom malajr?

Jeżistu bosta tipi ta’ karattri. Issib dawk li ħa jiċċajtaw huma jew jitfgħulek xi kelma b’botta … imma allaħares tagħmel hekk lilhom għax idendluh.

Tinkwetax. Fil-ħajja m’għandniex kontroll fuq ħaddieħor.

Biss, jekk taf il-persuna x’inhi, żomm ‘il bogħod milli bl-azzjoni tiegħek taf li din jew dan se jieħdu għalihom.

Jiġri wkoll li anke jekk toqgħod b’seba’ mitt elf għajn, ser jieħdu għalihom xorta. Jekk hux fuq like ta’ facebook, jekk hux għax ma bgħattx messaġġ, jew għax mort xi mkien li huma ma japprovawx … bl-ingliż jgħidu LET GO.

Ma tistax tiġġieled battalji ta’ ħaddieħor. Kulħadd għandu n-natural tiegħu u jekk il-karattru tiegħek jafuh, suppost m’għandhomx jieħdu għalihom. Min jieħu għalih, kif jgħid il-Malti “isarraf hu”.

Dawn huma mumenti ta’ stress bla bżonn. Mhux talli hekk, talli tispiċċa tħossok li int qed toffendi u l-persuna l-oħra l-vittma. Tissejjaħ ukoll drama.

Dawn it-tip ta’ nies iħossu li qed ikunu attakkati meta jieħdu għalihom. Ma jkunux abbli li jagħrfu d-differenza bejn li veru ridt tfisser jew inkella l-għan ġenwin tiegħek. Tiġi wkoll min-nuqqas ta’ stima personali.

Ngħinu lil xulxin iva imma li tispiċċa tbati int, le.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com