L-Ewforija – taf tkun sabiħa imma taf tnikket oħrajn. Aħseb ftit!
L-Ewforija hija l-espressjoni tal-mument b’mod esaġerat; tista’ tkun kemm pożittiva bħal meta eżempju xi ħadd jirbaħ xi ħaġa u ttieh ferneżija, u tista’ tkun negattiva, bħal meta ssir xi protesta fid-daqqa u l-ħin.
L-Ewforija tinħoloq ukoll f’mumenti bħal meta xi ħadd juża sustanzi lleċiti jew anke meta jiġrilu xi ħaġa bla mistenni.
Madanakollu, kontroll fuqha mhux dejjem possibbli. Il-bniedem huwa uman li mhux dejjem ikun kapaċi li jikkontrolla r-reazzjonijiet tiegħu, speċjalment meta dawn ġejjin minn barra.
Biss, issib nies li jkunu ewforiċi minnhom infushom għal kull ħaġa ta’ xejn anke sempliċiment biex jidħku jew jispjegaw.
Dan jaffettwa lin-nies li huma introverti u jqisu mumenti hekk bħala stress li jippressa fuqhom.
Ħadd m’għandu tort – huwa suġġett li ma tistax tgħid ‘isma’ tagħmilx hekk jew agħmel hekk’ imma huwa importanti li nkunu konxji tad-differenzi fil-mod ta’ kif bniedem jesprimi ruħu ħalli fl-aħħar mill-aħħar, ħadd ma jbati.