L-iktar Malti jew Maltija popolari fid-dinja

 L-iktar Malti jew Maltija popolari fid-dinja

Ħadd ma jinnega li mill-kamp politiku, Dom Mintoff u Eddie Fenech Adami jibqgħu popolari ħafna.

Mill-aspett teatrali, Oreste Chircop għamel isem kbir f’Hollywood imma forsi li dak iż-żmien ma kienx hawn midja soċjali, iż-żgħażagħ tal-lum ftit semgħu bih. Mhux l-istess għal Joseph Calleja; tenur ta’ fama mondjali.

Lokalment, Ira Losco tibqa’ tissemma’ minn ħafna. Imma bħal dejjem, mitt bniedem mitt fehma.

Skont il-gost. Skont ma’ min tkun jgħidlek xi jħobb… imma dan ma jfissirx li huma l-iżjed popolari barra.

Tmur il-Ġermanja u tiltaqa’ ma’ produtturi tal-mużika, isemmulek lil Mary Rose Mallia. Tmur waqt serata ta’ Eurovision, se jsemmulek lil Chiara.

Tmur Sqallija, isemmu lil Robert Abela.

Intom xi tgħidu? Kieku jistaqsukom min hi l-iżjed personalità popolari minn Malta xi twieġbu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com