Mark Zuckerberg iwissi kontra screenshots tal-messenger fuq facebook – smajtu?

 Mark Zuckerberg iwissi kontra screenshots tal-messenger fuq facebook – smajtu?

Il-fundatur tal-Facebook Mark Zuckerberg wissa kontra l-azzjoni li tittieħed screenshot tal-messaġġi fuq messenger.

Ħabbar li se jsir aġġornament fuq l-app tal-messenger u li se tkun introdotta b’tali mod, li malli persuna tieħu screenshot, inti tkun innotifikat, anke dawk il-messaġġi li jitilqu (disappearing messages).

Kliemu eżatt kien jgħid hekk: “New update for end-to-end encrypted Messenger chats so you get a notification if someone screenshots a disappearing message.

“We’re also adding GIFs, stickers, and reactions to encrypted chats too.”

Dan ifisser li dan l-aġġornament ser jibda b’mod imminenti u fih se jkun hemm ukoll gifs, stickers u anke possibbilità ta’ reazzjonijiet (likes, qlub, eċċ)

Ixxerja wkoll konverżazzjoni bejnu u bejn martu biex jagħti eżempju ta’ dan kollu.

Lura f’Novembru 2020, kienet bdiet il-‘Vanish Mode’** fejn inti tista’ tibgħat messaġġ li tagħti lok lill-persuna li tirċevieha li tarah biss darba waħda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com