Meta Pele ġie Malta … Hawn min jiftakar?

Il-player famuż Brażiljan tal-futbol Pele beda żjara ta’ tliet ijiem f’Malta li matulha ta sessjoni ta’ taħdidiet lit-tfal taċ-Ċentru Sport Edukattiv. Dan kien jaħdem mill-ground tal-Marsa.
Is-sena kienet 1974 u kien il-jum tal-14 t’April. Eluf kienu ppakkjaw l-Empire Stadium fil-Gżira fis-16 t’April biex jaraw mill-qrib lil dan il-player famuż.
Kellu jagħti sessjoni ta’ taħriġ lil sportivi Maltin.
Xi ġmiel ta’ memorji. In-nies kienu jiġġennu għal xi ħadd famuż ħafna iżjed mil-lum. Persuna popolari kienet iżjed rari milli tkun illum.
Ritratt: Times of Malta