Meta tmexxi, ftit jirrealizzaw li int waħdek u huma ħafna – Jistennew ħafna n-nies?

 Meta tmexxi, ftit jirrealizzaw li int waħdek u huma ħafna – Jistennew ħafna n-nies?

Sew jekk mexxej, Prim Ministru, Ministru, president ta’ xi klabb, għaqda, każin, Group Leader, Manager u ħafna rwoli oħra, jirrikjedu ħafna ħin ta’ dedikazzjoni, sagrifiċċji u attenzjoni u reqqa fil-ħidma.

Il-pożizzjoni toħroġ għaliha inti, tirbaħha jew tingħata … dejjem skont il-każ differenti. In-nies jgħidulek “Mhux int dħalt għaliha? Mela issa oqgħod għaliha!”

Imma dan jista’ jkun nuqqas ta’ rispett? Jekk ma jkun hemm ħadd imexxi, ma jkunx hemm direzzjoni! Xi ħadd irid ikun.

Dan ġieli jwassal ukoll biex ħafna jistennew il-ħafna mingħand il-persuna li tkun waħedha, anke jekk ikollha assistenti jgħinuna għax id-deċiżjonijiet finali ser jgħajtu lil dik il-persuna.

Spiss ninsew li l-pubbliku jkun ħafna u l-mexxej huwa wieħed … xi rridu nfissru? Għandna nagħtu ċans biex persuna twieġeb lilna, tirrispondi messaġġ, tismagħna? Jew irridu attenzjoni dak il-ħin bil-konsegwenza li kultant ninsew li hi min hi jew hu min hu dak li qed fil-kariga, jibqa’ uman?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com