“Mhux min jgħajjat l-aktar iwettaq l-aktar!” – Tinfluwenzawx ruħkom

Tiġri dejjem, f’kollox u kullimkien. Fil-politika, fil-każini tal-banda, fil-futbol, f’għaqdiet oħra, u l-lista tkompli.
Iżda, jekk inti ma tgħajjatx daqshekk; jiġifieri ma ssemmax ħafna x’inti tagħmel, ma jfissirx li m’intix taħdem. Kulħadd għandu stil għalih.
Sfortunatament qed ngħixu f’dinja fejn id-daqq tat-trombi huma meqjus bħala importanti ħalli turi x’int tagħmel u biex turi li qed taħdem.
Apparti l-fatt li din hawn min ma jħobbx jagħmilha, hawn min ikun irid iwitti t-triq fuq ineżatezzi l-ewwel, qabel ikun jista’ juri x’jagħmel. Jista’ jkun ukoll, li jippreferi li jissoda l-ħidma qabel ixandarha. Imma ma jfissirx li ma jkunx qed jaħdem.
Din hija tagħlima biex nużaw moħħna sew u ngħarfu li min ma jdoqqx trombi, kapaċi qed jaħdem daqs dak li jħobb idoqqhom.