Moda ġdida – Jagħmlu festin biex jiċċelebraw li sseparaw!
Tiskanta kemm jitwieldu ideat ġodda. Din forsi taħsdek meta tismagħhha imma qiegħda ssir. Barra minn xtutna jidher li hija trend u issa bdiet dieħla wkoll hawn Malta.
Fi kliem sempliċi, meta koppja tissepara, isir festin biex jiċċelebraw dan il-pass. Jekk issejjaħlu pass. Imma skont kif tkun ir-relazzjoni.
Jekk il-persuna tkun veru mdejqa u f’relazzjoni tossika, allura jarawh bħala mument biex tiċċelebra dan il-gwadann; li issa nqtajt mill-irbit.
Mhux kulħadd se jaqbel ma’ din it-tip ta’ ċelebrazzjoni. Imma min aħna biex niġġudikaw?