“Qalli ħu ħsiebu t-tifel Sinjura xi storbju!” – Omm tiftaħ qalbha dwar l-awtiżmu

 “Qalli ħu ħsiebu t-tifel Sinjura xi storbju!” – Omm tiftaħ qalbha dwar l-awtiżmu

Kemm infajru bl-addoċċ. Sirna rridu nikkontrollaw kollox mingħajr ma naħsbu ftit … dan iwassal biex mingħajr forsi ma nkunux nafu, inweġġgħu lil ħaddieħor. Forsi nuqqas t’għarfien.

L-Awtiżmu huwa mfakkar fix-xahar t’April. Dan sar biex titqajjem iżjed kuxjenza dwar din il-kundizzjoni. Madanakollu, l-għarfien għandu jibqa’ dejjem, bħal fil-każ ta’ Ottubru meta nitkellmu ħafna dwar suġġetti oħra u xhur oħra ddedikati għal xi raġuni jew oħra.

Omm stqarret li kienet f’kafetterija u t-tifel għamel ftit storbju. Dar raġel fuqha u qallha biex issiktu. Meta spjegatlu li binha bl-awtiżmu insista li ma jimpurtahx ħlief li joqgħod kwiet.

Irridu nitgħallmu iżjed li ċertu ambjent jista’ jwassal għal imġieba differenti mingħand persuni bl-awtiżmu, iżda dan mhux skuża għal diskors ta’ mibegħda. Jekk hemm ħafna għaddej fil-madwar, il-persuna bl-awtiżmu tgħajja iżjed u tesprimi ruħha b’mod differenti. Dawn il-persuni jridu mħabba u kompassjoni.

Ejjew nifhmu iżjed lil xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com