“Ejja ħa nagħmluhom sat-8” ‘nagħmluhom’ … x’nagħmlu?

 “Ejja ħa nagħmluhom sat-8” ‘nagħmluhom’ … x’nagħmlu?

Spiss nisimgħu kliem li jintuża mix-xandara speċjalment fuq ir-radju li jintuża b’mod kontinwu u li bla ma rridu, jibda jidħol fil-kliem li ngħidu aħna ta’ kuljum.

L-influwenza, tinfluwenzana b’mod awtomatiku. Iżjed minn hekk, la nisimgħuha minn xi ħadd relatat mal-midja, naħsbu li hija tajba u ġusta. Il-poplu jħares lejn in-nies tal-midja b’ċertu fervur. Jitqiesu personalitajiet. Dan huwa fatt.

Imma wieħed irid iżomm f’moħħu, li billi tkun personalità m’intix korrett dejjem u f’kollox, saħansitra fl-użu tal-lingwa.

“Ejja ħa nagħmluhom sat-8” … frażi li tissemma spiss fuq ir-radju. Din tkun trid tinftiehem li d-dj permezz tal-mużika se jwassal sat-tmienja; tmiem il-programm tiegħu. Imma ‘nagħmluhom’ … x’nagħmlu?

Huwa fi dmir ix-xandara li jużaw Malti jew lingwa tajba. Billi jsir żball ma ġara xejn għax mill-iżbalji nitgħallmu imma li nkunu kkoreġuti u nibqgħu nużaw kliem ma jagħmilx sens, tiġi irresponsabbiltà.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com