Riħa t’għaraq? Dan hu xi ikel li għandek tiekol biex ma tintinx
Issa li qed noqorbu sew lejn is-sajf, u t-temperaturi bdew telgħin, jiżdied ir-riskju li għalkemm toħroġ għax-xogħol tfuħ filgħodu, wara ftit tibda xxommok qed tgħereq. U ngħiduha kif inhi, mhix xi ħaġa sabiħa li tkun konxju li ta’ ħdejk qed jaħseb li mintix tinħasel sew.
Naturalment li wieħed ikollu rutina tajba għall-iġjene personali hija importanti mhux biss biex ma jdejjaqx lil min ikun ħdejh, imma anke għas-saħħa tiegħu.
Doċċja kuljum hija importanti biex wieħed iżomm ruħu nadif. L-użu ta’ deodorant jgħin ukoll biex irażżan ir-riħa tal-għaraq.
Imma r-riħa tal-għaraq minn fejn tiġi?
Ir-riħa li jipproduċi ġisimna meta negħerqu hija riżultat tar-reazzjoni li jagħmel l-għaraq meta jiltaqa’ mal-bacteria ta’ ġisimna. Fil-verità hija l-bacteria li ġġgħelna nintnu.
Iżda l-irwejjaħ li jipproduċi ġisimna huma wkoll affettwati minn dak li nieklu.
X’għandek tnaqqas?
Jekk tikkonsma dieta li fiha ħafna basal, tewm u chili, dan jista’ jirriżulta f’riħa t’għaraq akar qawwija.
Anke min jiekol ħafna proteina jista’ jkollu dan l-effett.
X’tista’ tiekol biex ma tintinx?
Fid-dieta tiegħek tista’ żżid tipi ta’ ikel li jistgħu jgħinu jnaqqsulek ir-riħa ta’għaraq:
- Ħxejjex tal-weraq aħdar
Ħaxix tal-weraq bħal spinaċi, ħass, rucola u kale għandhom livell għoli ta’ chlorophyll li għandhom l-effett naturali li jxejnu l-irwejjaħ tal-għaraq.
- Iċ-ċitru
Insa t-tuffieħa kuljum li żżomm it-tabib ‘il bogħod. Minflok fis-sajf kul aktar ċitru – larinġ, lumi, grapefruit u frott taċ-ċitru ieħor jgħin inaddaf il-ġisem minn toxins li jikkawżaw irewejjaħ.
- Ikel li fih ħafna fibra
Piżelli, fażola, għazz u ikel ieħor li fih ħafna fibra jgħin id-diġestjoni u għaldadqstant jgħin lil ġisem jitnaddaf b’mod naturali.
- It-tejiet
Fis-sajf naqqas ftit mil-kafè u ixrob akter herbal teas bħal green tea, kamomilla, tè tal-ġiżimin jew tal-menta. Dawn mhux biss inaddfulek l-istonku imma jistgħi jgħinuk ukoll biex tkun tinxtamm aktar frisk.