Skont in-nies, min hu mexxej tajjeb? Jew ikun min ikun, se jlaqqatha dejjem?

 Skont in-nies, min hu mexxej tajjeb? Jew ikun min ikun, se jlaqqatha dejjem?

Dan huwa argument li forsi juri l-istqarrija ġenerika li tintuża kullimkien, li tagħmel x’tagħmel taqlagħha. U mhux inqas f’pajjiżna.

Donnu jkun hawn faxxa ta’ nies, u forsi nazzardaw ngħidu li aħna fil-maġġoranza tagħna nikkritikaw ħafna bħala poplu, imma alla ħares min jikkritikana, li isir xi jsir dejjem iridu jilmentaw.

Każijiet simili huwa meta jsiru t-toroq. Insew bħalissa … elezzjoni wara l-bieb, li forsi huwa minnu li żżid il-ħidma fil-lokalitajiet madwar pajjiżna kollu. Imma kif tista’ tgerger għat-triq ħażina u mbagħad tgerger ukoll għax qed issir?

Ikun hemm ukoll spiss tmaqdir għal min imexxi partit jew ieħor, min imexxi każin ta’ banda, min hu ċ-chairman u kull min ikun fit-tmun.

Tista; din tkun għira? Jew aġenda għaliex ikunu jridu postok? Jista’ jkun imma li jkun hemm veru l-interess ġenwin?

Diffiċli nagħtu risposta waħda. Kull sitwazzjoni hija differenti, imma l-ħsieb huwa komuni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com