Stress fuq ħruġ bejn il-ħbieb … tgħaddu minnu?
Hawn nies li ma jifhmukx. Tgħid li ma tistax tingħaqad mal-grupp f’xi ħarġa u joħduha kontrik kważi kważi. Imma għaliex?
Anke ħarġa rridu nagħmluha mument ta’ stress. Inti titlob il-kumpanija ta’ xi ħadd, jekk ma jistax jew ma tistax, ma hemmx x’tagħmel. Waqgħet id-dinja?
Għaliex hawn min jibda jibni kastelli f’moħħu li forsi l-persuna ma tridx tkun magħhom jew li dejjem bl-iskużi.
Huwa loġiku li taħseb li ħajja ta’ ħaddieħor hija differenti minn tiegħek. Bl-Ingliż jgħidu “live and let live” u anke aħna l-Maltin ngħiduha: “Għix u ħalli lil min jgħix”.
Ejja nikbru ftit. Il-ħajja qasira għal dawn iċ-ċuċati.