Tafu x’kien sar f’Malta fir-rigward tal-Iżrael u l-Palestina?
Lura f’April tal-1997, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ntemmet il-Konferenza Ewro Mediterranja organizzata mill-Unjoni Ewropea. Matul il-jum, saret laqgħa storika bil-Ħidma tal-Unjoni Ewropea bejn il-President tal-Awtorità Palestinjana, Yasser Arafat u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iżraeljan, David Levy.
Dil-laqgħa, li saret fil-Lukanda Le Meridien Phoenicia, kienet l-ewwel waħda bejn iż-żewġ naħat wara l-inkwiet li kien reġa’ nqala’ bejn iż-żewġ naħat, minħabba l-bini ta’ rħula Lhud fit-territorju okkupat.
Il-konferenza ngħaqlet b’diskors tal-Prim Ministru Dr Alfred Sant.
Matul il-konferenza, il-Ġordan iffirma ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea waqt li kien hemm taħdidiet importanti bejn il-Greċja u t-Turkija, li wkoll kellhom inkwiet bejniethom.