Tħobb il-futbol? Ara dawn il-fatturi affaxxinanti dwar iċ-Champions League

 Tħobb il-futbol? Ara dawn il-fatturi affaxxinanti dwar iċ-Champions League

Il-UEFA Champions League tiġi ħafna drabi mlaqqma bħala l-isbaħ xow fid-dinja. Dan it-turnew tal-futbol Ewropew huwa segwit madwar id-dinja kollha u rregala lis-segwaċi tiegħu b’diversi mumenti li żgur ma jintesew qatt. Hawn taħt se nkunu qed nesploraw uħud mill-isbaħ jew l-aktar mumenti maġiċi ta’ dan it-turnew.

 

  1. L-istilel tal-futbol li rat matul is-snin iċ-Champions League. Il-plejers famużi u leġendarji pparteċipaw fil-logħob tagħha jinkludu persuni bħal Cristiano Ronaldo, Lionel Messi, Iker Casillas, Alessandro Del Piero u oħrajn.
  2. Il-miraklu f’erba’ minuti li sar fil-finali tat-turnew fl-2005, fejn wara logħba fejn kulħadd ħaseb li l-Liverpool kienet se titlef, f’temp ta’ erba’ minuti ġabet id-draw u eventwalment rebħet wara penalty shootout drammatiku kontra AC Milan!
  3. Dawk il-plejers li rnexxielhom jakkwistaw ħames gowls f’logħba waħda. Dawn jinkludu lil Lionel Messi, Luiz Adriano u Bafétimbi Gomis.
  4. Il-plejer li għamel l-aktar hat-trick rapida fl-istorja taċ-Champions League. Dan kien Mike Newell li fl-1995 kien parti mit-tim ta’ Blackburn Rovers. Għamel hat-trick f’9 minuti!
  5. Dawk il-logħob b’ammont ta’ gowls assurdi, bħal-logħba fejn AS Monaco rebħu kontra Deportivo La Coruña bi 8-3, lura fl-2003.
  6. It-timijiet li ħadd ma ħaseb li kienu se jirbħu, bħal FC Porto lura fl-2004 taħt il-gwida tal-manaġer José Mourinho, kif ukoll iż-żewġ rebħiet konsekuttivi ta’ Nottingham Forest fl-1979 u l-1980.
  7. L-udjenza globali li dejjem tikber. Infatti, iċ-Champions League isegwuh mat-380 miljun persuna madwar id-dinja. Il-logħba finali waħedha tattira mall-200 miljun segwaċi.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com