“Tħoss sodisfazzjon kbir meta x-xufier jirringrazzjak u jurik li tkun għamilt biċċa xogħol tajba” – uffiċjal tal-infurzar ta’ Transport Malta
L-uffiċċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta mhux biss jassistu fl-immaniġġjar tat-traffiku iżda jkunu wkoll ta’ servizz lill-komunità u jassistu lill-forzi tal-ordni l-oħrajn f’ħidmiethom. Dan ma tantx nisimgħuh u forsi ma jixxandarx daqstant.
Waslitilna informazzjoni li kmieni l-Erbgħa li għadda filgħodu, żewġ Uffiċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta kienu qed jassistu vettura wieqfa li kienet qed timblokka karreġġata minn Raħal Ġdid f’ direzzjoni lejn Aldo Moro. Waqt din il-ħidma, innutaw ambulanza wieqfa fit-traffiku.
Malli ntebħu li dan kien każ urġenti, l-uffiċċjali fil-pront skortaw l-ambulanza fl-inqas ħin possibbli lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza.
Huwa veru li f’pajjiżna spiss nisimgħu b’iktar stejjer negattivi milli pożittivi, u dan m’għandux ikun, għaliex it-tajjeb għandu jixxandar ukoll u napprezzawh.
Prosit lilhom!