Tiġrilna spiss! Fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fl-istaġuni tal-festi

 Tiġrilna spiss! Fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fl-istaġuni tal-festi

Ġieli tinsa x’għandek u tixtri l-istess ħaġa? Tiġrilna. U tibqa’ tiġrilna. tant nixtru affarijiet li biex ikollok amment ta’ kollox, trid memorja kbira.

Dan jiġri wkoll minħabba l-ammont ta’ affarijiet li jkollna stivati fid-dar tagħna, l’hinn u l’hawn. Ġieli nippruvaw noħolqu memorja fotografika; li nħarsu sew lejn l-oġġett fejn erfajnieh biex meta niġu bżonnu, ngħidu ‘dak kont poġġejtu hemm, niftakarni niftaħ il-kexxun.’

Tiġri ħafna għat-tiżjin tal-Milied jew festi oħra. Tiġri wkoll fir-rigward tal-ħwejjeġ fejn meta nbidlu mix-Xitwa għas-Sajf u viċi versa, nibdew niftakru li sena qabel kelln axi ħwejjeġ u li issa ma nistgħux inisbuhom.

Hemm min tant ikun organizzat, li jikteb kollox fuq pitazz, jew f’folder fuq il-laptop jew il-mobile. Imma stress le? Ħa noqogħdu nitkbu kollox? Ħeqq, jiddependi x’tip ta’ paċenzja għandek u kemm għandek ħin!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com