“Uff xi sħana”…jekk int wieħed minn dawk, dan l-artiklu għalik

 “Uff xi sħana”…jekk int wieħed minn dawk, dan l-artiklu għalik

Jekk inti wieħed minn dawk li malli jasal is-sajf tgħid “uff xi sħana” minn x’ħin tiftaħ għajnejk sa ma terġa’ tgħalaqhom, mela isma’ ftit ‘l hawn. Aħna ta’ Strada Rjali se ngħidulek ftit affarijiet li tista’ tagħmel sabiex matul is-sajf tbati ftit inqas minħabba s-sħana.

  1. Evita li toħroġ fl-agħar ħinijiet tax-xemx. Iżda meta ma tistax tagħmel mod ieħor, ara li tapplika l-krema solari, tgħatti rasek b’kappell, tieħu pawżi regolari fejn tidħol ġewwa jew toqgħod fid-dell, u ilbes ħwejjeġ wiesgħa u b’kuluri ċari sabiex iżommuk frisk.
  2. Sib mumenti fejn tapplika ftit ilma mal-ġilda sabiex tgħinha teħles lil ġismek mis-sħana żejda. Tista’ tilbes xi flokk ftit imxarrab, tixtri u tapplika cooling spray, jew inkella tinħasel b’ilma frisk (mhux inġazzat!). Mod aktar veloċi biex tnaqqas is-sensazzjoni tas-sħana huwa li ddaħħal idejk u saqajk fl-ilma kiesaħ.
  3. Ixrob ħafna ilma u evita l-kaffeina. Fejn tista’, ixrob ukoll xarb iżotoniku li jintuża mill-isportivi biex tgħin lill-ġisem jirriġenera l-melħ, iz-zokkor u l-likwidi.
  4. Illimita l-konsum tal-alkoħol, speċjalment meta se tkun espost għax-xemx għal sigħat twal. Meta tixrob l-akoħol tikkawża deidrazzjoni, xi ħaġa li ġismek ikun diġà qed jiġġieled magħha fiż-żmien tas-sajf. Apparti minn hekk, meta tixrob filgħaxija ma jgħinekx biex torqod sew.
  5. Kul ikel ħafif meta tkun is-sħana, idealment li jkun fih ħafna ilma bħal frawli, ħjar, ħass u ikel simili ieħor. Intant, taħsibx li fis-sajf għandek tieqaf tiekol is-sopop! Anzi, huwa ikel ideali għax fih livell għoli ta’ likwidu.
  6. Jekk se tagħmel eżerċizzju jew se tipprattika xi sport, ipprova għamel dan fis-sigħat l-anqas sħan tal-ġurnata.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com