X’għandna nagħmlu meta jkun riħ qawwi?

 X’għandna nagħmlu meta jkun riħ qawwi?

Il-gżejjer Maltin qed jinħakmu spiss minn riħ qawwi tant li dan qed ikun kontinwu. Tibdil fil-klima? Jista’ jkun imma x’għandek tagħmel biex tipprevjeni ħsara jew problemi oħra?

L-ewwel ħaġa, jekk ir-riħ ikun tant qawwi u int tinsab barra, ara li tistkenn. Dan jgħodd speċjalment jekk miexi mal-baħar jew f’imkien li hemm oġġetti perikolużi li jistgħu jittajru mar-riħ.

M’aħnhiex nesaġeraw. Każijiet li jiġru u li ġieli kellhom konsegwenzi koroh.

Anke siġar kapaċi jinqalgħu, jiddependi mis-saħħa tar-riħ.

Importanti wkoll li tipparkja l-karozza tiegħek f’post sigur jekk m’għandekx garaxx u tevita li tħallieha taħt siġar jew viċin ħitan li jistgħu jiġġarrfu.

Li żżomm ma’ puġġaman jekk tinsab f’xi taraġ miftuħ, jew mal-ħajt mhux xi ħaġa ħażina.

Oqgħod attent minn affarijiet li jkunu ġa nħakmu sew mir-riħ u taru biex ma tintlaqatx. Kultant naħsbu li dan huwa ovvju, imma ħadd ma jaħseb li se jiġrilu xi ħaġa hu, allura l-prevenzjoni hija dejjem tajba.

Evita li tħalli ħwejjeġ barra u anke l-arbli tal-festa. Evita wkoll li tħalli bibien u twieqi miftuħin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com