5 logħbiet li tista’ tilgħab ma’ sħabek inti u tara l-Eurovision
Reġa’ wasal! Din il-ġimgħa l-Ewropa kollha ċċallas wiċċha mat-televixin sabiex issegwi l-Eurovision, tivvota l-kanzunetta favorita tagħha u tittama li l-kanzunetta tal-pajjiż tagħha tirbaħ jew tal-inqas tiklassifika minn tal-bidu.
Jekk inti wieħed jew waħda li tħobb il-Eurovision u bi ħsiebek issegwieh ma’ sħabek, se nissuġġerulek ftit logħob li tista’ tilgħab!
- Ixrob kull darba li…tara persuna b’wiċċha kollu żebgħa, kull darba li l-preżentaturi jgħidu xi ċajta vojta, kull darba li tara bandiera tal-qawsalla, kull darba li tidher jew tissemma Malta…insomma fhimtuha naħseb!
- Siru ġurija…kulħadd jikkrea klassifika tiegħu u araw min jirnexxielu jaqta’ l-aktar.
- Itfgħu €10 kull wieħed fin-nofs tal-mejda. Il-persuna li jirnexxielha tiftakar id-ditti kollha li se jkun hemm riklam tagħhom waqt il-Eurovision jirbaħ kollox.
- Ilgħabu Eurovision bingo. Niżżlu u pprintjaw din il-logħba minn hawn u araw min jirnexxielu jgħaqqad l-ewwel line u l-ewwel house!
- Ma’ kull pawża riklami, għamlu quiz dwar snin differenti tal-Eurovision. Dawn tistgħu ssibuhom hawn. Hemm aktar minn elf quiz disponibbli, naqra inqas mit-total ta’ pawżi għal riklami li jġiegħeluna naraw ta’ kull sena.
Inti liema waħda se tilgħab?