6 modi kif tista’ tikkalma f’mumenti fejn tħossok anzjuż

 6 modi kif tista’ tikkalma f’mumenti fejn tħossok anzjuż

Meta nkunu għaddejjin bil-ħajja ta’ kuljum, se naffaċċjaw diversi sitwazzjonijiet li se joħolqulna stress u ansjetà żejda. Mumenti li se nħossuhom ħafna u ħafna itqal jekk ma jirnexxilniex insibu modi kif propju nikkontrollaw din l-ansjetà.

F’dan l-artiklu se ngħidulkom sitt modi kif tistgħu tikkontrollaw aħjar l-ansjetà.

Uża l-prattika ta’ nifsijiet fil-fond

Ħu nifsijiet bil-mod u fil-fond, iffoka li timla kompletament il-pulmun, imbagħad ħu nifs ‘il barra bil-mod. Dan il-metodu jattiva r-rilassament fil-ġisem u jikkallma s-sistema nervuża. Aktar kemm tipprattika dan il-metodu, aktar isir metodu effettiv għalik sabiex tnaqqas l-ansjetà.

Uża dawk li jgħidulhom “grounding techniques”

Dawn huma eżerċizzji li jgħinuk toħroġ minn stat ta’ ansjetà jew attakk ta’ paniku u jġibuk lura għall-mument preżenti. Wieħed mill-metodi huwa li tiffoka fuq is-sensi differenti: Semmi ħames affarijiet li qed tara, erba’ affarijiet li qed tmiss, tliet affarijiet li qed tisma’, żewġ affarijiet li qed ixxomm u xi ħaġa li qed ittiegħem.

Issoda u rrilassa l-muskoli

Filwaqt li t-tensjoni fil-muskoli tista’ titqies bħala forma t’ansjetà, tista’ wkoll tgħin biex tnaqqasha. Ibda billi toħloq tensjoni fil-gruppi kollha tal-muskoli ta’ ġismek, wieħed wieħed, imbagħad irrilassahom. Il-metodu l-aktar faċli huwa li tibda minn moħħok u tinżel ftit ftit sakemm tasal f’saqajk.

Immaġina li qed tara l-ambjent

Meta tkun f’sitwazzjoni stressanti, agħlaq għajnejk għal ftit mumenti u immaġina ambjent naturali. Forsi post bis-siġar, jew inkella il-baħar.

Agħmel xi eżerċizzji fiżiċi

Iffoka li tagħmel xi eżerċizzji fiżiċi bħal xi mixja jew xi ftit stretching. Il-moviment għandu jkun parti regolari mir-rutina tagħna ta’ kuljum. Minn tal-inqas nagħmlu bejn 15 u 20 minuta ta’ kuljum.

Fittex l-għajnuna

Forsi tkellem ma’ xi ħabib jew ħabiba li taf, membru tal-familja jew terapista dwar dak li għaddej minnu. Xi kultant, meta titkellem dwar mumenti diffiċli, tkun qed tgħin lilek inniffsek tipproċessa s-sentimenti li jqanqlu l-ansjetà.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com