6 temi differenti għal parties li jiċċelebrawk f’kull stadju ta’ ħajtek!

 6 temi differenti għal parties li jiċċelebrawk f’kull stadju ta’ ħajtek!

Xejn ma jgħidlek party memorabbli aktar milli meta tagħżel tema differenti u speċjali għalih! Dawn huma t-tip ta’ avvenimenti li tibqa’ tiftakar meta tikber u tixjieħ. Ħafna drabi jkun l-avveniment li tibqa’ titkellem dwaru ma’ sħabek snin wara għax kien uniku u differenti mill-bqija tal-parties l-oħrajn.

Ħafna jaħsbu li biex torganizza party b’tema speċjali hemm bżonn ħafna xogħol, iżda bi ftit ħsieb u żjara sa’ House of Parties Malta, tista’ torganizza festin memorabbli fi ftit ħin! X’temi tista’ tagħżel għall-party li ġej?

 

  • Tema: Unicorns
    Jekk tixtieq party maġiku din hija t-tema perfetta. Mingħand House of Parties se ssib dak kollu li għandek bżonn għall-party tiegħek bit-tema tal-unicorns! Minn tazzi, platti, napkins u kpiepel.

  • Tema: Ħelu
    Jekk inti tħobb il-ħelu, tema interessanti għalik hija propju din: il-ħelu. Immaġina, party fejn l-unika tip ta’ ikel li ssib fih huwa ħelu. Imżejjen ukoll bi platti, tazzi u napkins bit-tema tal-ħelu, b’xi pinyata biex toħloq kompetizzjoni bil-premju jkun: aktar ħelu…dawn u aktar prodotti mingħand House of Parties.

  • Tema: Ġungla
    Jekk tixtieq party avventuruż, għax ma torganizzax wieħed bit-tema tal-ġungla? Il-mistednin tista’ tinkoraġġihom jiġu kollha lebsin tal-annimal favorit tagħhom u tista’ żżejjen il-post fejn se tagħmel il-party b’tiżjin tal-ġungla.

 

  • Tema: Ta’ Tim tal-Futbol
    Tammira lil Juventus jew Milan? Għax ma torganizzax party ffukat kompletament fuq it-tema tat-tim favorit tiegħek? Mingħand House of Parties Malta tista’ ssib dekorazzjonijiet tat-tim favorit tiegħek għal party li ma tinsieh qatt.

 

  • Tema: Prinċipessi tad-Disney
    Jekk tħobb id-Disney, partikolarment l-istejjer tal-prinċipessi differenti, mela party b’din it-tema huwa sikurament ideali għalik. Mingħand House of Parties tista’ jew tagħżel prinċipessa partikolari għad-dekorazzjonijiet tiegħek jew inkella tħallat diversi prinċipessi bħal Rappunżell, Snow White, Cinderella u ħafna oħrajn.

  • Tema: Stitch

Jekk Stitch huwa wieħed mill-karattru favoriti tiegħek jew tat-tfal tiegħek, party bit-tema ta’ Stitch ma jonqosx! Mingħand House of Parties Malta se ssibu varjetà vasta ta’ tiżjin u prodotti bit-tema ta’ Stitch!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com