7 sigrieti li qatt m’għandek tgħid lil ħadd!!!

 7 sigrieti li qatt m’għandek tgħid lil ħadd!!!

Ngħidu ħafna fuq in-nuqqas ta’ ġenwinità imma rridu ngħidu li hawn ħafna u ħafna nies ġenwini wkoll. Tant, li jgħidu kollox fuqhom. Dan mhux dejjem se jservi ta’ ġid. Se jkun hemm min iżommlok kollox fil-komma għal meta jiġi l-waqt, jew inkella biex jgħir għalik jew jattakkak bihom.

  1. riżentimenti tal-passat. Veru li tajjeb tiftaħ qalbek ħalli tistrieħ imma attent. Hemm min iżommhielek ħalli mal-ewwel argument ifakkrek li int minn dejjem hekk, għax hekk ġralek mat-tali jew it-talija.
  2. x’għandek materjal. Mhux kulħadd jifraħ veru. Apparti li tkun qed tgħid kemm tiflaħ tixtri. Attent
  3. il-paga. Din ukoll ma tinżilx tajjeb ma’ kulħadd. U se ssib min jgħidlek li mhux ta’ b’xejn dejjem iddur l’hinn u l’hawn.
  4. għanijiet f’ħajtek. Żommhom għalik. Għax jgħaddi ż-żmien u tinduna li ħadulek l-idea.
  5. x’tagħmel tajjeb u kemm tgħin. Jużawha f’mumenti fejn jgħidulek li int mhux veru umli.
  6. tkabbir spiritwali. Mhux dejjem se jifhmek ħaddieħor. Dak li lilek qed itik sodisfazzjon issa, għal ħaddieħor jidher fażull.
  7. problemi familjari. Dawk żommhom għalik, aħdem fuqhom u solviehom. Aħjar parir professjonali milli tgħid fuqhom ma’ sħabek. Illum ħbieb, għada le.

Ma rridukomx taħsbu li aħna negattivi. Anzi, ngħidulkom dan, biex tibqgħu tgħixu ħajja pożittiva.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com