9 benefiċċji tal-kitba bħala divertiment
Il-kitba s-soltu nassoċjawha mal-iskola, jew max-xogħol. Iżda, ninsew li tista tkun xi ħaġa ta’ divertiment, passatemp jew passjoni. Il-kitba hija xi ħaġa li nużaw bosta drabi, iżda ma nafux kemm għandha benefiċċji u faċċati different dwarha.
Il-kitba tinvolvi tliet stadji. L-ewwel hemm il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet u s-sensazzjonijiet tagħna. Imbagħad tiġi l-kitba li nafu aħna, meta tikteb ħsibijietek fi kliem, fuq karta jew teknoloġija, fejn tista’ tkun skema ta’ venting (tifaħ qalbek bil-kitba). U fl-aħħar ir-riflessjoni, il-persuna tista’ tikkontempla fuq il-kliem li tkun kitbet hi stess, u tagħti ħsieb serju fuq dawk il-kliem, u xi tħoss dwarhom.
Kont taf li l-kitba għandha diversi benefiċċji potenzjali?
- Hija forma ta’ espressjoni u esplorazzjoni personali fejn tifformola l-ħsibijiet tiegħek fuq karta, għal għarfien tiegħek.
- Dan iservi bħala żvog li jgħin fi żminijiet diffiċli.
- Tkun taf liema nkwiet konsistenti jeħtieġ li jiġi indirizzat.
- Tista’ tikteb affermazzjonijiet pożittivi dwarek innifsek, f’kull ħin u kull mument.
- Jgħin biex itaffi l-istress.
- Tikteb u tikkontempla fuq l-affarijiet li int grat għalihom. Dawn jafu jkunu ta’ tfakkira ġentili li jkunu utli fi żminijiet diffiċli.
- Tesplora l-kreattività tiegħek.
- Tutilizza l-ħsibijiet u ideat tiegħek fi stejjer.
- Tista’ sservi bħala karriera – awtur, poeta.
Apparti minn hekk, bis-saħħa tal-kitba tista’ ttejjeb ċerti ħiliet ukoll! Dawn jistgħu jkunu;
· L-awto-kuxjenza – Billi tikteb dwarek innifsek, issir konxju tal-ħsibijiet tiegħek u ssir taf lilek innifsek aħjar.
· L-awto-riflessjoni – Billi tikteb dwar l-inkwiet, tkun tista’ tirrifletti fuqhom u ssaqsi x’tista tagħmel dwarhom?
· Il-kreattività – Tkun liberu biex tesplora l-ideat tiegħek fi kliem u stejjer.
· Xi ħaġa għalik innfisek – Il-kitba tista’ tkun mezz kif taqsam l-opinjoni tiegħek, il-perċezzjoni tiegħek lejn il-ħajja, is-soċjetà, ġrajjiet kurrenti, divertiment.
Għalkemm niktbu kuljum bħala bżonn, m’għandix ninsew li l-kitba tista’ sservi mezz ta’ terapija wkoll. B’hekk inħeġġiġkom li tħalli ftit minuti f’din il-ħajja mgħaġla l-għandna u tikteb għalik, u għalik biss. Kelma jew sentenza jaf tkun biżżejjed.