‘Agħti lil min itik’, iżda b’mod tajjeb!
Fid-dinja mgħaġġla tal-lum, li ssib ħin biex tinvolvi ruħek fil-komunità tiegħek tista’ tidher ta’ sfida. Madanakollu, li tikkontribwixxi il-komunità tiegħek mhux biss tkun qiegħda tibbenifika l-lokalità tiegħek iżda tagħti sens ta’ sodisfazzjon lura. Dan l-artiklu jesplora modi prattiċi biex tkun aktar attiv minkejja mimlija.
- ·Tkun voluntiera f’avvenimenti lokali u tassisti fl-armar.
- Tissieħeb fl-għaqdiet tal-festi billi tagħti daqqa t’id f’attivitajiet tal-festi, avvenimenti u armar.
- Tipparteċipa u tagħti sapport b’attendenza f’avvenimenti lokali bħal suq, wirjiet, logħob tal-isports u fieri.
- Tixtri mil-lokal! Xejn hu isbaħ li tagħti sapport il-ħwienet u negozji fil-komunità tiegħek stess.
- Tissieħeb fi gruppi komunitarji; tagħmel attivitajiet għall-anzjani jew toħloq spazju rikreattiv għaż-żgħażagħ.
- Tagħti donazzjoni ta’ kotba li m’għadekx tuża lil min iħobb jaqra.Tagħti sapport lil ġirien fi bżonnijiet differenti; pereżempju, iżommu t-tfal ta’ xulxin, jew tagħmlu qadi lil xulxin.
- Offri u aqsam l-kapaċitajiet tiegħek ma’ min jixtieq jitgħalllem affarijiet simili.
- Għin anzjan jew anzjana bix-xiri tagħhom sad-dar.
- Tista’ toħloq gruppi u inizjattivi differenti bħal klabb tal-qari, tindif tal-komunità, gruppi fuq tagħlim artistiku jew mużikali, grupp kreattiv u interattiv għat-tfal.
- Tagħti l-opinjoni tiegħek fuq inizjattivi li qed jiġru ġewwa l-komunità u fi kwestjonarji rigward il-lokali.
- · Tagħti ħwejjeġ jew għamara li m’għadekx tuża lil ġirien.
Bħala konklużjoni, filwaqt li l-ħajja moderna tista’ tkun b’ritmu mgħaġġel, hemm bosta modi kif tibqa’ attiv u tikkontribwixxi fil-komunità tiegħek. Apparti li tkun qiegħed tagħti kontribut fil-komunità tiegħek, tkun qiegħed tieħu sodisfazzjon intern ukoll!