Apatija, indifferenza jew xi tkun?

 Apatija, indifferenza jew xi tkun?

Tiġik ġurnata li tħossok li ma tafx x’ser taqbad tagħmel jew minn fejn se tibda?

Tiġri lil kulħadd. Din tista’ tkun konsegwenza ta’ akkumulazzjoni ta’ bosta ħsibijiet jew xogħol mibdi u mhux mitmum. X’għandek tagħmel f’mumenti bħal dawn?

  1. L-ewwel u qabel kollox, huwa importanti li tfakkar lilek innifsek li trid iżżomm kalm. Inkella tiżdied l-ansjetà u iżjed ma jirnexxielek tagħmel xejn.
  2. Ħu nota fuq karta u ara l-prijoritajiet tal-jum.
  3. Qassam il-ħin u aħseb kemm se tieħu għal kull biċċa xogħol li għandek tagħmel.
  4. Jekk illum inti anzjuż, ara x’tista’ tneħħi mill-ġurnata u mexxieh għall-għada.
  5. Ibda bil-mod u prova ffoka. Dan tagħmlu wkoll billi tneħħi affarijiet li jtellfuk fosthom ħin fuq il-midja soċjali.
  6. Tinkwetax iżżejjed. M’għandekx kontroll fuq kollox.
  7. Ippjana ħin minn filgħodu għal filgħaxija, fejn tagħmel xi ħaġa sabiħa li tħobb. Mingħajr ma trid, taf li mal-ħin se tistrieħ ukoll.

Pass wara l-ieħor kollox isir. Kollox jgħaddi. X’in ittemm il-jum tinduna li tkun wettaqt mingħajr ma ntbaħt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com